Mal-erbat elef, tliet mija u tnejn u tmenin siegħa.
Daqshekk ilu għaddej ix-xogħol ta’ restawr fuq l-arloġġi tal-faċċata tal-Konkatidral ta’ San Ġwann li min jaf kemm nies tefgħu ħarsthom lejhom biex ikunu jafu l-ħin.
Ir-restawr li ħa madwar sitt xhur issa wasal fl-aħħar fażi tiegħu wara li kien f’Settembru ta’ tliet snin ilu li nbeda x-xogħol fuq il-faċċata tal-Konkatidral ta’ San Ġwann. Ix-xogħol mistenni jitlesta sal-aħħar ta’ din is-sena, għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Valletta elfejn u tmintax.
Ix-xogħol ta’ restawr fuq il-faċċata tal-Konkatidral ta’ San Ġwan beda fuq inizjattiva tal-fondazzjoni tal-kon-katidral b’għajnuna finanzjarja tal-ministeru tal-kultura.
One News żar il-Konkatidral fejn fuq il-post, iltqajna mal-kuratriċi tal-proġett, Cynthia De Giorgio li fissret f’liema stat instabu t-tliet arloġġi mal-faċċata tal-Konkatidral, l-arloġġ li jimmarka l-ħin b’numri rumeni, l-arloġġ li jimmarka l-ġranet u ieħor li jimmarka x-xhur.
Il-kuratriċi fissret ix-xogħol li sar sabiex wasslu biex l-arloġġi kważi tlestew.
Kompliet tispjegalna x-xogħol li qed isir fuq il-bqija tal-faċċata.
Żiedet tistqarr magħna li l-aktar parti ta’ restawr interessanti kien il-pinnur ta’ fuq li waqaf jaħdem kawża tad-deterjorazzjoni.