L-arloġġ tal-akbar sinjur fuq it-Titanic, inbiegħ €900,000 f’irkant, jiġifieri sitt darbiet aktar milli kien stmat li se jinbiegħ.
Is-sid ta’ dan l-arloġġ kien in-negozjant, John Jacob Astor.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Meta tinkludi t-taxxi u spejjeż oħra, il-persuna li xtrat dan l-arloġġ se jkollha tħallas bejn wieħed u ieħor 1.175miljun.
Din mhijiex l-ewwel darba li nbiegħu affarijiet relatati mat-traġedja tat-Titanic. Fil-fatt, vjolin li tpoġġa fuq irkant, kien ġabar madwar €900,000.
B’hekk dan l-arloġġ, huwa l-aktar ħaġa prezzjuża li qatt inbiegħet minn dan il-bastiment.