Li wieħed ikun espost għall-arja mniġġsa jista’ jirriżulta f’effetti negattivi fuq l-intelliġenza tiegħu.
Studju li sar fiċ-Ċina kkonferma dan, bl-iktar nies f’riskju huma irġiel b’livell edukattiv baxx.
L-istudju kien mifrux fuq erba’ snin, u iktar minn 20,000 persuna kienu osservati. Ir-riċerkaturi jemmnu bi sħiħ li dan ir-riżultat japplika għal kull pajjiż fid-dinja, hekk kif iktar minn 80% tal-popolazzjoni dinjija hija esposta għall-arja mniġġsa.
Għalhekk, l-arja mniġġsa issa qed tissejjaħ ‘qattiela inviżibbli’ li qed toqtol mas-7 miljun ruħ madwar id-dinja, skont ċifri mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.