Il-ġnien botaniku tal-Argotti u l-ġonna tal-madwar se jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw ċentru t’eċċellenza botanika filwaqt li jkun jista jitgawda aktar minn kull min iżuru. Il-proġett tħabbar is-Sibt filgħodu mill-Ministru Jose Herrera, waqt żjara li għamel fl-istess ġonna.
Hawnhekk saritlu spjegazzjoni ta’ x’se jkun qed isir eżattament f’dan il-proġett. Fost oħrajn, se jsir tindif estensiv tal-ġonna kollha u se jkunu restawrati għal mod kif kienu inbnew oriġirnarjament.
Fosthom il-binja ta’ pont li biż-żmien ma baqax jifforma parti mill-istess ġonna. L-ewwel fażi, li mistennija tkun lesta sa Diċembru elfejn u sbatax, se tiswa madwar erba miljun ewro, filwaqt li bit-tieni u t-tielet fażi, l-ispiża globali mistennija tilħaq l-għaxar miljun ewro. Apparti minn hekk, wara t-tlestija tal-proġett, jidħlu spejjeż ta’ manteniment.
Hawnhekk il-Gvern qed iħares għal sħubija bejnu, l-Universita ta’ Malta u Għaqdiet Mhux Governattivi.