Fl-uniku partita tas-sibt filgħaxija l-Arġentina, fl-Ahmed bin Ali Stadium, rebħu kontra l-Awstralja 2 – 1.
Gowl f’kull taqsima kien biżżejjed biex l-Arġentina jikkwalfikaw għal kwarti finali tat-Tazza tad-Dinja Qatar 2022 f’lejla li bla dubju Lionel Messi kien fl-aqwa forma fl-1000 partita tiegħu.
L-Arġentina pratikament iddominaw kontra l-Awstralja għalkemm dawn tal-aħħar kienu determinati u kompatti li kontra l-qawwa tal-Arġentina jagħmlu dak kollu possibli sabiex joffru l-aħjar prestazzjoni.
Kien ġmiel ta’ gowl ta’ Lionel Messi fil-35 minuta li poġġa lill-Arġentina fil-vantaġġ biex l-ewwel taqsima intemmet 1 – 0.
Fit-tieni taqsima l-partita sbieħet u fil-57 minuta Juian Alvarez għamel lis-skor 2 – 0 biex minn hemm il-quddiem l-Arġentina komplew jikbru fil-logħob tagħhom u prattikament ħadu l-kontroll tal-partita f’idejhom sakemm fil-77 minuta l-Awstralja naqsu d-distakk permezz ta’ awtogowl ta’ Enzo Fernandez.
Dan il-gowl ma’ fixkel xejn lill-plejers tal-Arġentina anzi ħarġu l-aħjar tal-goaler Awstraljan Matthew Ryan li ċaħħad lill-Arġentina minn iżjed gowls.
Fl-aħħar sekondi ċans mill-aqwa ta’ Kuol iżda Martinez salva gowl ċert biex evita’ l-ħin barrani.
FIl-kwarti finali l-Arġentina jilgħabu kontra l-Olanda.
Ritratt: NDTV