L-Arċisqof ta’ Malta, Monsinjur Charles Scicluna se jieħu sehem fil-quddiesa tal-funeral tal-Papa Franġisku, li se ssir għada fl-għaxra ta’ filgħodu.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Kurja, fejn intqal li Monsinjur Scicluna ħalla Malta llum.
Il-Kurja qalet li l-Arċisqof Scicluna se jirrappreżenta l-Konferenza Episkopali Maltija u se jingħaqad flimkien ma’ patrijarki, kardinali, arċisqfijiet, isqfijiet u saċerdoti oħra mid-dinja kollha li huma mistiedna jikkonċelebraw f’din iċ‑ċelebrazzjoni tal‑Ewkaristija.
Il‑quddiesa tal‑funeral tal‑Papa Franġisku se tkun ippreseduta mill‑Kardinal Giovanni Battista Re, id‑Dekan tal‑Kulleġġ tal‑Kardinali.