Għall-ħabta tal-kwarta ta’ wara nofsinhar, l-Arċisqof ta’ Malta, il-Monsinjur Charles Scicluna ffirma l-ktieb ta’ kondoljanzi b’rispett lejn l-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista, Karmenu Mifsud Bonnici, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun.
Huwa ntlaqa mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista.
Wieħed jista’ jkompli jiffirma dan il-ktieb tal-kondoljanzi fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun, sa nhar il-Ħamis f’nofsinhar.
Ilbieraħ iffirma dan il-ktieb ta’ kondoljanzi l-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Robert Abela, flimkien mal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista.