Illum jgħalaq għeluq sninu l-Arċisqof ta’ Malta Monsinjur Charles Jude Scicluna. Scicluna twieled f’Toronto fil-Kanada fil-15 ta’ Mejju 1959. Hu għalaq 59 sena.
Fit-18 ta’ Ottubru 2014, wara r-riżenja ta’ Mons. Pawlu Cremona O.P. minn Arċisqof ta’ Malta, il-Papa Franġisku innomina lil Mons. Scicluna bħala Amministratur Appostoliku sede vacante, bis-setgħa li jmexxi l-Arċidjocesi ta’ Malta sakemm l-Arċisqof il-ġdid ta’ Malta jieħu l-pussess kanoniku tal-Arċidjoċesi. Fil-21 ta’ Jannar 2015, il-Papa Franġisku innomina lil Mons. Scicluna bħala President ta’ Kulleġġ Speċjali fi ħdan il-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi, biex jiddeċiedi l-appelli fil-proċessi dwar offiżi serji stabbiliti fil-Motu Proprio Sacramentorum Sanctitatis Tutela. Fis-27 ta’ Frar 2015, il-Papa Franġisku ħatar lil Mons. Scicluna bħala Arċisqof ta’ Malta.
Ad Multos annos lill-Eċċellenza tiegħu Monsinjur Scicluna.