L-Arċisqof Charles J. Scicluna wasal lura Malta llum wara nofsinhar wara ġimagħtejn fiċ-Ċilì fuq xogħol assenjat lilu mill-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku.
Fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ġie milqugħ minn ommu, ħutu u qraba oħra, u mill-Vigarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi.
L-Arċisqof ser ikompli bil-ħidma tiegħu fl-Arċidjoċesi ta’ Malta, bl-ewwel impenn pubbliku jkun nhar il-Ġimgħa 9 ta’ Marzu.
Dakinhar Mons. Arċisqof ser imexxi l-pellegrinaġġ bl-istatwa devota ta’ Ġesù Redentur u jiċċelebra Quddiesa fl-Isla.