Illum l-Arċisqof Charles Scicluna mistenni jiltaqa’ mal-familja taċ-ċkejkna Ella.
Ella hija tifla ta’ seba’ snin bl-awtiżmu u m’ingħatatx iċ-ċertifikat tal-preċett minħabba li fl-ewwel tqarbina ma setgħetx tirċievi l-ostja minħabba l-kundizzjoni tagħha.
Kien ONE News li tefa’ dawl fuq din l-istorja u wara li ħariġha fil-beraħ, il-familja ta’ Ella qalet li l-Arċisqof għamel kuntatt magħhom u għandu jiltaqa’ magħhom fil-jum tat-Tlieta.
F’intervista li xxandret fuq ONE nhar is-Sibt li għadda ħarġet il-weġgħa ta’ omm it-tifla li sostniet li diġa diffiċli li bħala ġenitur taċċetta li bintek mhix bħal tfal oħra iżda li imbgħad jiġi l-kappillan u ma jirrikonoxihiex mat-tfal l-oħra fil-preċett hija daqqa ferm ikbar.
Meta l-familja qasmet l-istorja ta’ binthom mal-kappillan ta’ Burmarrad, Fra Christian Borg, huwa qal li hemm bżonn jgħallmu lit-tifla tieħu l-ostja anke jekk dan jista’ joħloq skumdità qawwi għat-tifla.
Ma’ ONE News, il-Kurja ċaħdet li kienet taf b’din l-istorja.