L-Arċisqof Charles J. Scicluna qal li offra li jimmedja fil-kwistjoni bejn il-Kulleġġ San Albert il-Kbir u l-Unjin Maltija għall-Għalliema, l-MUT, dwar it-tilwima industrijali mal-Ordni tad-Dumnikani u mal-Kurja li rreġistrat il-unjin wara t-tkeċċija ta’ Mario Mallia minn Kap tal-Kulleġġ.
L-aħbar tat-tkeċċija ta’ Mallia kompliet tqanqal reazzjonijiet, tant li dalgħodu saret protesta quddiem l-iskola msemmija li fiha ħadu sehem ġenituri u għalliema.
L-MUT għamlut konferenza tal-aħbarijiet li matulha Il-President tal-unjin, Marco Bonnici, saħaq li l-MUT mhux se taċċetta din l-attitudni u allega li dan huwa mod opressiv kif tmexxi skola.
Il-Bord tal-Kulleġġ ċaħad kategorikament l-allegazzjonijiet li Mallia tkeċċa minn Kap tal-Kulleġġ minħabba l-politika dwar l-inklużjoni.