L-Arċisqof Charles Scicluna tpoġġa fuq il-lista tal-ekwipaġġ tal-vapur MV Life Line li jinsab miżmum f’pajjiżna, wara li f’Ġunju li għadda daħħal f’pajjiżna b’aktar minn 230 immigrant abbord.
Dan ħareġ f’digriet mgħotti mill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Joe Mifsud li permezz tiegħu laqgħet it-talba tal-Kaptan tal-bastiment MV Lifeline u iddefirit is-seduta għal 21 ta’ Marzu, sabiex l-imputat ikun jista’ jżur l-ommu li qegħda fi stat ħażin ta’ saħħa.
F’digriet il-Maġistrat Mifsud innota kif fuq il-bastiment tħallew jitilaw persuni li ma humiex parti mill-ekwipaġġ ta’ dan il-vapur.
Huwa nnota kif fuq il-lista tal-ekwipaġġ kien hemm persuni li ma humiex parti mill-ekwipaġġ fosthom l-Arċisqof Charles Scicluna.
Qalet kif iż-żjara ta’ l-Arċisqof żgur li ma saritx bi sfida lill-Qorti, iżda madankollu ċanfar lill-Imputat u r-rappreżentanti tiegħu li ma segwewx il-proċeduri stabiliti mill-Qorti.
Fid-digriet tagħha l-Qorti nnottat ukoll li wieħed mill-persuni li kien abbord fuq l-MV LlifeLine u li mhux wieħed mill-ismijiet imniżżla fuq il-lista tal-ekwipaġġ hu Manuel Delia, li ddikjara li ż-żjara tal-Arċisqof ġiet deskritta bħala ‘sfida’ lill-Qrati.
Madankollu l-Qortti tenniet li mill-verifiki li għamlet biż-żjara tiegħu l-Arċisqof ma ried jisfida l-ebda qortiu lanqas kien infurmat li tpoġġa fuq il-lista tal-ekwipaġġ.
Il-każ kontra l-Kaptan tal-Vapur Peter Reisch Claus mistenni jkompli jinstemma nhar il-21 ta’ Marzu li ġej.