L-Arċisqof Monsinjur Charles Scicluna ħareġ bi twissija formali fil-konfront ta’ Dun David Muscat.
Fil-fatt, din it-twissija fil-Liġi Kanonika hija msejħa preċett penali.
Dan tħabbar fi stqarrija mill-Arċidjoċesi ta’ Malta fejn ġie spjegat li l-Arċisqof ta’ struzzjonijiet lil Dun David Muscat biex ma jibqax jagħmel kummenti fil-fora pubbliċi li jinsulentaw u li jweġġgħu.
B’riżultat li ma jimxix ma’ din l-istruzzjoni huwa jitwaqqaf milli jeżerċita l-ministeru saċerdotali.
Apparti minn hekk l-Arċisqof Scicluna ordna lil Dun David Muscat biex ineħħi l-kumment tiegħu fuq Facebook fejn stqarr li tkun gay huwa agħar milli tkun ippossedut mix-xitan
Aktar kmieni llum ONE News kien l-ewwel li rrapporta li Dun David Muscat ġie msejjaħ id-Depot wara l-kumment li għadda, meqjus bħala diskors ta’ mibegħda u omofobiku.