- UNURI GĦALL-BARRANIN LI GĦENU LIL MALTA, SPORTIVI, ARTISTI U RIĊERKATURI
Bħal kull sena l-istat Malti jirrikonoxxi numru ta’ persuni li jkunu taw kontribut lil Malta b’dak li għamlu u billi ddistingwew ruħhom f’xi settur partikolari. Dawn ta’ hawn taħt huma l-persuni li l-istat Malti rrikonoxxa f’Jum ir-Repubblika tal-2016.
L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERITU KUMPANN
L-ARĊISQOF EMERITU PAWLU CREMONA KOM
Fl-Arċidjoċesi ta’ Malta , Mons Cremona qeda l-missjoni tiegħu f’bosta oqsma: Delegat tal-Arċisqof għall-Persuni ta’ Ħajja Konsagrata, Assistent Direttur Spiritwali s-Seminarju, tal-Virtu` u membru tal-Kunsill Presbiterali. Kien ukoll President tal-Konferenza tas-Superjuri Reliġjużi Maġġuri (1984-1987) u President tal-Kunsill tal-Formazzjoni tal-Ħajja Reliġjuża (1993-1995). Fis-26 ta’ Jannar, 2007, l-Konkatidral ta’ San Ġwann, Monsinjur Pawlu Cremona irċieva l-Ordinazzjoni Episkopali bħala Arċisqof ta’ Malta fejn dam iservi sal-2014.
UFFIĊJAL
PHILIP SCIBERRAS UOM
Philip Sciberras, li twieled Ħaż-Żebbuġ fl-1945, kien Imħallef għal tmien snin u kien ukoll wieħed mill-fundaturi tal-Moviment Qawmien Letterarju, għaqda tas-sittinijiet li twaqqfet bl-iskop li tippromwovi l-letteratura u l-kultura Maltija. Sciberras sar avukat -1973 u bejn l-1979 u l-1987 kien Membru Parlamentari. Fl-2002, ġie maħtur Imħallef. L-Imħallef Sciberras iddedika ħajtu għar-riċerka legali u huwa wkoll l-awtur ta’ diversi publikazzjonijiet marbuta ma’ dan is-suġġett.
UFFIĊJALI ONORARJI
GINA ABERCROMBIE-WINSTANLEY UOM
Gina Abercrombie Winstanley hija uf ċjal diplomatiku Amerikan li serviet bħala Ambaxxatur tal-Istati Uniti għal Malta għal numru konsiderevoli ta’ snin. Minn dejjem ħadet interess fl-aspetti soċjali u politiċi internazzjonali b’enfasi speċjali fuq il-qasam tal-inklużjoni.
SANDRO GOZI UOM
Sandro Gozi, li twieled fl-1968, huwa politiku u wkoll Membru Parlamentari Taljan. Wara esperjenza vasta fis-settur akkademiku u f’dak privat, Gozi ingħaqad mas-servizz diplomatiku Taljan u beda jaħdem fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea fi Brussell, fejn dam sal-2005. Sandro Gozi huwa s-Segretarju tal-Istat responsabbli mill-affarijiet Ewropej tal-Italja u għaldaqstant ħadem mill-qrib ħafna mal-Gvern Malti sabiex jiġu identifikati miżuri politiċi u prijoritajiet marbuta mal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew.
LORD MANDELSON UOM
Lord Mandelson twieled r-Renju Unit fl-1953. Huwa l-President tal-Policy Network u fl-2010 inħatar Chairperson tal-iStrategic Advisory Firm Global Counsel. Kien Membru Parlamentari Ingliż sa ma ngħata l-kariga ta` Kummissarju tal-EU għall-Kummerċ. Mandelson kien responsabbli għat-tifsira tal-politika kummerċjali tal-UE u kien responsabbli għan-negozjar ta` diversi ftehim bilaterali għal Malta.
Matul il-karriera tiegħu l-politika Brittanika u Ewropea, Lord Mandelson ta sostenn kbir lil Malta sabiex issaħħaħ ir-rwol tagħha fl-Ewropa u tkompli tibni fuq il-wirt tal-Commonwealth u wkoll fuq il-futur bħala nazzjon ta’ kummerċ u ċentru nanzjarju.
RACHID MARIF UOM
Rachid Marif twieled fl-1943 fl -Alġerija u kien l-Ambaxxatur tal-Alġerija għal Malta bejn l-2005 u l-2016.
MEMBRI
CLIFFORD BORG-MARKS MOM
Clifford Borg-Marks ta kontribut siewi fl-iżvilupp tar-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi bejn Malta u ċ-Ċina. Fl-1982, beda l-ħidma tiegħu mal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin fejn intbagħat Beijing biex jiftaħ l-ewwel Ambaxxata ta’ Malta. Hemm serva bħala Chargé d’Affaires għal erba’ snin qabel ingħata l-kariga ta’ Aġent Kummissarju Għoli f’Canberra fis-snin 1986-87. Borg-Marks inħatar Ambaxxatur ta’ Malta għaċ-Ċina fl-2013 fejn ħadem biex saħħaħ ir-relazzjonijiet politiċi bejn Malta u ċ-Ċina. Minn Beijing ġie ukoll akkreditat għall-Mongolia u l-Filippini, u llum qed ikompli jservi bħala Ambaxxatur (mhux residenti) għat-Tajlandja. Fl- 2015, irritorna għall-prattika privata f’Hong Kong, u reġa’ ngħaqad ma’ Baker & McKenzie bħala konsulent tal-Grupp tal-IP.
MARIA CAMILLERI MOM
Maria Camilleri twieldet ir-Rabat fl-1952 u hija magħrufa għax-xogħol tagħha fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-midja u l-politika. Tul il-karriera tagħha Camilleri għallmet fl-iskejjel sekondarji u post-sekondarji u kienet ukoll Kap ta’ Skejjel Primarji tal-Gvern. Camilleri li dejjem emmnet bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali u dik ambjentali waqqfet, imkien mal-Imam tal-Komunità Musulmana f’Malta, l-iskola Mariam Al Batool f’ Raħal Ġdid fejn kienet ukoll Kap tal-Iskola għal sbatax-il sena sħaħ biex b’hekk din kienet l-unika skola Musulmana mmexxija minn Kap li tħaddan twemmin Kristjan. Camilleri ħadmet bla heda għall- promozzjoni tal-edukazzjoni bħala għodda b’saħħitha għad-diversità.
FR ANTHONY EDMOND CARUANA MOM
Fr Anthony Edmond Caruana huwa d-Direttur Editorjali tad-dar tal-pubblikazzjoni tal-Vatikan (Libreria Editrice Vaticana – LEV), li l-għan ewlieni tagħha huwa l-pubblikazzjoni tal-atti u d-dokumenti tal-Papa u tas-Santa Sede. Bħala Direttur Editorjali, Fr Caruana ħa sehem f’diversi sferi internazzjonali tal-kotba u, għall-ewwel darba fl-2015, mad-dar tal-pubblikazzjonijiet Maltija CAK l-Fiera Nazzjonali tal-Ktieb ta’ Malta. Ikkontribwixxa wkoll għall-Malta Community Chest Fund l-Mostra Culturale Vaticana. Għen lil kittieba Maltin biex jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom bil-Malti, bit-Taljan u bl-Ingliż mal-LEV. Akkumpanja lill-Papa Benedittu XVI meta żar Malta, u ppubblika d-diskorsi tiegħu f’edizzjoni Taljana-Maltija mħejjija mill-Prof. Joseph Axiaq. Il-Papa Franġisku ħatar lil Fr Anthony Edmond Caruana bħala Dekan tal-Penitenzjarji Minuri l-Bażilika Patrijarkali ta’ San Pietru.
DAVID MIFSUD MOM
David Mifsud iddistingwa ruħu b’dak li wettaq l-qasam tax-xjenzi bijoloġiċi, partikolarment fl-entomoloġija u l-preservazzjoni tan-naħal. Jaħdem bħala Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta, huwa l-President tas-Soċjetà Entomoloġika ta’ Malta u l-fundatur tal-Assoċjazzjoni tal-Maltin li jrabbu n-Naħal. Iddedika ħafna minn ħajtu għall-istudju tal-insetti u kkontribwixxa studji dwar it-tnaqqis fil-popolazzjoni tan-naħal. Ipprovda wkoll tagħrif dettaljat dwar aktar minn 1,800 organiżmu ħaj, li minnhom kważi 600 speċi kienu ġodda għall-gżejjer Maltin. Iddeskriva ‘l fuq minn 50 speċi ġdida ta’ insetti għax-xjenza. Huwa l-editur tal-ġurnal xjentifiku Bulletin of the Entomological Society of Malta, li jittratta l-istudju tal-insetti f’Malta
KARMEN MIKALLEF BUHAGIAR (WARA MEWTHA) MOM
Karmen Mikallef Buhagiar bint ġenituri Maltin, twieldet l-Eġittu fl-1922. Fis-snin ħamsin emigrat lejn ir-Renju Unit fejn baqgħet tgħix. Għal bosta snin, Mikallef Buhagiar kienet tikkorrispondi spiss mal-poeta nazzjonali Dun Karm. Fis-sebgħinijiet, kienet hi li ħeġġet lill-Professur Oliver Friggieri biex jibda jaħdem fuq il-kumpilazzjoni tal- poeżiji ta’ Dun Karm bil-Malti. Dawn ġew pubblikati -1980, l-parti l-kbira permezz ta’ għajnuna nanzjarja min-naħa ta’ Mikallef Buhagiar. Barra minn hekk hi wkoll ħalliet parti mill-wirt tagħha għall-benefiċċju tal-għaqda ‘Din l-Art Ħelwa’. Mill-1971 bdiet tiġi Malta kull sena matul ix-xahar t’Ottubru sabiex tikkommemora t-twelid u l-mewt ta’ Dun Karm kif ukoll biex tipparteċipa fis-serje ta’ konferenzi organizzati mill-Fondazzjoni Karmen Mikallef Buhagiar li waqqfet u f nanzjat hi -Università.
GODFREY A. PIROTTA MOM
Godfrey Pirotta huwa magħruf għall-kontribut eċċellenti tiegħu fl-oqsma tal-edukazzjoni u l-politika pubblika kemm f’Malta kif ukoll f’pajjiżi barranin. Fl-1973 kien kofundatur tal-Istitut Malti għall-Edukazzjoni l-Politika u l-Ekonomija, filwaqt li fl-1980 waqqaf l-Assoċjazzjoni għall-Ħarsien tal-Konsumatur u serva bħala membru tal-Kumitat ta’ Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar affarjiet tal-konsumatur. Beda jgħallem fl-Università ta’ Malta fl-1982 u bħalissa huwa Professur tal-Istudji dwar il-Gvern u l-Politika.
Il-Professur Pirotta huwa wkoll membru fundatur tad-Dipartiment tal- Politika Pubblika u wara disa’ snin fuq il-bord tiegħu fl-2007 nħatar Direttur tal-Istitut għall-Amministrazzjoni Pubblika u l-Management. Jagħti kontribut kontinwu fl-edukazzjoni adulta u ċivika f’diversi livelli u serva bħala lettur f’universitajiet mad-dinja kollha. Huwa l-awtur ta’ tliet kotba dwar l-istorja tal-istituzzjonijiet li ggvernaw f’Malta kif ukoll ta’ studji oħra dwar il-politika pubblika u l-amministrazzjoni pubblika. Bħalissa huwa membru tal-Bord Konsultattiv tal-Fondazzjoni Anna Lindt u jservi wkoll bħala l-Ambaxxatur ta’ Malta (mhux residenti) għar-Repubblika Ċeka.
JOSEPH ZAMMIT TABONA MOM
Imwieled fl-1944, Joseph Zammit Tabona serva bħala l-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq bejn l-2009 u l-2013, u bħala Ambaxxatur mhux residenti għar-Repubblika tal-Irlanda. Fl-1 ta’ Awwissu 2013, inħatar mill-Prim Ministru bħala l-mibgħut speċjali tiegħu għall-promozzjoni tal-investiment.
Serva bħala membru ta’ diversi bordijiet, fosthom dak tal-Bank of Valletta plc, tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija, HSBC Life Assurance Ltd u l-Malta Institute of Accountants.
Bħalissa huwa jokkupa l-kariga ta’ Ċermen tal-Valletta Cruise Port plc, Tigne Mall plc u Insignia Cards Ltd. Iservi wkoll l-bord ta’ Klesch Group Limited u tal-MedServ plc.
MEMBRI ONORARJI
STEPHAN DREWES MOM
Minn Settembru tal-2011 sa Awwissu tal-2016, Stephan Drewes kien il-Kap Eżekuttiv tal-Lufthansa Technik Malta (LTM). LTM hija sussidjarja tal-Lufthansa Technik, il-kumpanija ewlenija li tipprovdi l-manutenzjoni u t-tiswija tal-ajruplani fuq livell dinji. Il-faċilita’ ta’ Malta bdiet topera fl-2002 bħala impriża konġunta mal-Air Malta u anke sabet appoġġ qawwi mill-Gvern Malti. Illum il-ġurnata, madwar 600 impjegat jieħdu ħsieb il-manutenzjoni ta’ diversi rotot ta’ ajruplani.
Drewes kien kruċjali biex din il-kumpanija stabbiliet ruħha bħala waħda ta’ kwalità u kompetittività fis-suq. Bejn l-2011 u l-2016, it-tkabbir li kien hemm f’din il-kumpanija wassal biex ix-xogħol kważi rdoppja u dan għen biex saħħaħ il-pożizzjoni ta’ pajjiżna bħala waħda b’saħħitha fis-settur tal-avjazzjoni Ewropew.
ALEXANDER PILTZ MOM
Alexander Piltz huwa intraprenditur magħruf li f’Malta waqqaf żewġ kumpaniji li jipproduċu magni għall-ippakkjar ta’ boroż żgħar u għodda ta’ preċiżjoni għall-industrija tal-aqwa makkinarju fis-suq.
Fl-1974 waqqaf Piltz Ltd, kumpanija sinonima ma’ għodda ta’ preċiżjoni u inġinerija tal-ogħla kwalità, u sena wara beda jiżviluppa u jipproduċi magni għall-ippakkjar ta’ boroż żgħar bħala t-tieni linja ta’ negozju tiegħu. Minn dak iż-żmien ‘l hawn, mijiet minn dawn il-magni tqassmu mad-dinja kollha. Fl-1998 bdiet topera f’Malta l-kumpanija Piltz Machines Ltd, li kkontribwiet għall-iżvilupp ekonomiku u ħolqot bosta opportunitajiet ta’ xogħol. Fl-2015 il-familja Kummerfeldt tal-Ġermanja ħadet kontroll tal-produzzjoni tal-magni tal-ippakkjar u fl-1 ta’ Jannar 2016 waqqfet il-kumpanija PiltzMLT Ltd Malta, speċifikament biex tkompli f’din il-linja ta’ negozju u żżid ukoll il-manifattura ta’ sistemi ta’ dawl maħdumin skont il-ħtiġijiet partikolari tal-klijent.
Alexander Piltz għadu jmexxi l-produzzjoni ta’ għodda ta’ preċiżjoni f’Piltz Ltd, bi klijentela minn industriji li għandhom x’jaqsmu mal-ottika, industriji mekkaniċi u vetturi.
MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA
ANTHONY AQUILINA (WARA MEWTU) MQR
Il-Maġġur Anthony Aquilina, huwa wieħed mill-aktar kompożituri importanti tal-marċi Maltin. Magħruf fost l-ammiraturi tiegħu sempliċiment bħala “Il-Maġġur”, Aquilina kkompona aktar minn 50 marċ għall-baned li għadhom sal-lum fost l-aktar popolari, mhux biss mal-baned lokali iżda wkoll ma’ dawk iffurmati minn emigranti Maltin f’pajjiżi barranin. Kien assoċjat ħafna mal-Banda King’s Own tal-Belt u mal-Banda Duke of Connaught’s Own ta’ Birkirkara, fejn dam 11- il sena. Kien ukoll il-President Onorarju tal-Banda Sant’ Antnin ta’ Birkirkara. Ħafna mill-marċi tiegħu jinsabu f’cassettes u CDs.
ESTHER AZZOPARDI MQR
Esther Azzopardi, li twieldet kienet l-ewwel mara li nħatret referee tal-FIFA. Qabel dan, kienet ilha referee għal sitt staġuni fejn ikkontrollat iżjed minn 50 logħba tal-Kampjonat Premier. Fl-2007 ingħatat promozzjoni mill-FIFA u bdiet il-karriera internazzjonali tagħha, fejn fl-2016 intagħżlet mill-UEFA biex tirrefja bosta logħob importanti.
PETER PAUL CIANTAR MQR
Peter Paul Ciantar huwa xandar, kompożitur, mużiċist, eks għalliem tal-mużika, lettur u kittieb ta` diversi artikli f’ġurnali Maltin. Ta’ għoxrin sena kiseb diploma fil-mużika mil-London College of Music. Huwa beda l-karriera tiegħu fix-xandir bi programmi għat-tfal fuq ir-Rediffusion (Malta). Wara, daħal impjegat mà Xandir Malta fil-kariga ta’ produttur fejn ippreżenta diversi programmi radjofoniċi li ffukaw prinċipalment fuq l-istorja ta’ Malta, il-mużika operistika u d-drawwiet antiki ta’ pajjiżna. Għal ħafna snin, kien ukoll koordinatur tal-programmi radjofoniċi mal-PBS.
Apparti l-karriera tiegħu bħala xandar, Peter Paul Ciantar kien għal numru ta’ snin għalliem tal-mużika fl-Iskola Johann Strauss.
NICOLINA FARRUGIA MQR
Nicolina Farrugia kkwalifikat bħala State Registered Nurse fl-1968. Il- karriera tagħha bħala infermiera hija mifruxa fuq aktar minn 36 sena. Ħadmet bħala Matron fl-Isptar ta’ Iżolament, fl-Isptar Sir Paul Boffa, fis-Servizzi tal-Kura Primarja tas-Saħħa fil-Komunità, u fl-Isptar San Luqa/ Karin Grech. Rebħet boroż ta’ studju tal-Kunsill tal-Ewropa fl-1970 u fl-1984, u ngħatat taħriġ speċjalizzat fl-Ingilterra fil-qasam tal-mard infettiv u HIV/AIDS. Segwiet ukoll korsijiet postgraduate l-management fl-Universitajiet ta’ Malta u Birmingham u fl-Università Bocconi.
Farrugia serviet bħala ċerpersin u membru ta’ diversi bordijiet, fosthom dak tal-Malta Hospice Movement u tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Bijoetika.
KARL IZZO MQR
Karl Izzo beda jilgħab il-Waterpolo meta kellu biss 12-il sena. Fl-1985 huwa kien jagħmel parti minn Timijiet Nazzjonali taż-żgħar u aktar tard anke ta’ timijiet tal-kbar fejn ipparteċipaw f’diversi tournaments lil hinn minn xtutna. Huwa beda l-karriera tal-Kowċing fl-2001 ma’ St. Julians ASC u wara ingħaqad mal-club tan-Neptunes fejn kisbu diversi rebħiet. Fl-2013 Izzo kien maħtur Team Head Coach tat-Tim Nazzjonali fejn taħt il-gwida tiegħu intlaħqu ħafna suċċessi. F’dik l-istess sena t-Tim Nazzjonali ikkwalifika għas-semifinali tal-European Championship qualifications. Karl Izzo rebaħ għal tliet snin konsekuttivi t-titolu tal-aħjar kowċ u fl-2015 inħatar Direttur tal-Waterpolo Coaches Association.
CHRISTOPHER MICALLEF MQR
Christopher Micallef ggradwa mill-Università ta’ Malta fil-qasam tal-Inġinerija Mekkanika, kif ukoll minn Henley fejn kiseb grad ta’ Masters fil-Business Administration. Barra minn dan, Micallef huwa l-ewwel Malti li ggradwa mill-Università ta’ Leicester fil-qasam tax-Xjenzi Soċjali.
Ir-riċerka tiegħu dwar it-Tempji tal-Imnajdra u tal-Qadi ġiet ippublikata f’ġurnali xjentifiċi. Ġie stabbilit li t-tempju ta’ taħt tal-Imnajdra huwa allineat skont il-fażijiet differenti tal-qamar. Barra minn hekk f’din ir-riċerka identifika l-użu ta’ kalendarju preistoriku ta’ sittax-il xahar u saħansitra ivverifika l-użu ta’ mezz ta’ kejl antik li permezz tiegħu nbnew it-tempji. L-istess riċerka identifikat stilel iffurmati minn marki mnaqqxa fuq ġebla wieqfa fl-Imnajdra.
FREDDIE PORTELLI MQR
Freddie Portelli huwa magħruf bħala kantant, kompożitur u kittieb tal-lirika, matul karriera ta’ aktar minn 55 sena. Kien Portelli li fforma l-gruppi magħrufa Malta Bums u Black Train, li għalihom ikkompona diversi suċċessi fosthom Viva Malta, li ndaqqet fuq ir-radju mad-dinja kollha. Mal-gruppi tiegħu dar bosta pajjiżi bħall-Ġermanja, l-Ingilterra, l-Istati Uniti u l-Kanada, fejn ta wkoll kunċerti għall-komunitajiet tal-Maltin. Wara 16-il sena mal- Black Train, kompla l-karriera tiegħu għal rasu u ħareġ diversi albums u kanzunetti.
Lil hinn mill-karriera mużikali, Freddie Portelli kien ukoll plejer internazzjonali tal-water polo.
ALISON WHITE MQR
Alison White ddistingwiet ruħha b’karriera taż-żfin mifruxa fuq aktar minn 50 sena. Fis-snin 70 ingħaqdet mal-Ballet Bentyber u minn dak iż-żmien ‘l hawn il-karriera tagħha ħaditha madwar id-dinja, fejn ħadmet ma’ koreografi magħrufa bħal Claudette Walker u Lindsay Dolan.
IL-MALTA HOSPICE MOVEMENT MQR
Imwaqqfa fl-1989, il-Malta Hospice Movement hija organizzazzjoni li ma tagħmilx qligħ u li tipprovdi servizzi bla ħlas ta’ kura paljattiva lil mijiet ta’ pazjenti li jbatu b’diversi tipi ta’ mard. Toffri wkoll appoġġ lil familji għaddejin minn żmien ta’ luttu. Is-servizzi offruti għandhom l-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet kollha tal-pazjenti permezz ta’ pjani ta’ kura individwalizzati. Is-servizzi jingħataw minn tim professjonali magħmul minn tobba, infermiera, ħaddiema soċjali, psikologu, fiżjoterapisti, terapista kumplimentari u saċerdot. Ilkoll huma mħarrġin fil-kura paljattiva biex itaffu l-problemi fiżiċi, psikoloġiċi, soċjali u spiritwali tal-pazjenti u l-familji tagħhom meta jkunu qed iħabbtu wiċċhom mal-isfidi li jġib miegħu mard serju.
IS-SORIJIET FRANĠISKANI TAL-QALB TA’ ĠESÙ (LONDRA) MQR
Is-Sorijiet Franġiskani tal-Qalb ta’ Ġesù fl-1960 waqqfu komunità f’Londra biex jilqgħu għandhom nies morda u membri tal-familja tagħhom wara li dawn ikunu ntbagħtu minn Malta biex jieħdu kura speċjalizzata fl-isptarijiet ta’ Londra u l-madwar. Is-sorijiet huma impenjati biex jassistu lill-pazjenti u qrabathom fil-ħtiġijiet morali u spiritwali tagħhom, bl-għan li jtaffu ftit mid-dwejjaq u l-uġigħ ta’ dawn il-mumenti diffiċli. B’dedikazzjoni kbira, s-sorijiet iżuru wkoll lill-pazjenti fl-isptarijiet biex joffrulhom wens, speċjalment dawk li jkunu qed iħossu n-nuqqas tal-maħbubin tagħhom.
MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA FUQ BAŻI ONORARJA
ALAN RALPH CURRY MQR
Alan Ralph Curry li twieled r-Renju Unit fl-1959, kellu rwol kruċjali t-twaqqif tal-LifeCycle Challenge u sussegwentement, fl-1999, tal-LifeCycle Foundation bl-iskop ewlieni li jgħinu lil dawk il-persuni li għandhom problemi fil-kliewi. Curry, li ilu jgħix hawn Malta għal dawn l-aħħar 23 sena, huwa l-fundatur tal-istess LifeCycle Organisation. Sa mill-bidu tat-twaqqif tagħha, din l-organizzazzjoni ġabret ammont konsiderevoli ta’ donazzjonijiet għall-benefiċċju tar-Renal Unit ġewwa l-Isptar Mater Dei, kif ukoll ħolqot għarfien bla preċedent dwar it-trattament ta’ persuni morda bil-kliewi. Il-LifeCycle Challenge hija sfida ta’ reżistenza fiżika li ssir kull sena fejn dilettanti taċ-ċikliżmu fuq medda t’għaxart ijiem, isuqu distanzi twal bir-rota u saħansitra jaqsmu minn pajjiż għall-ieħor. Alan Ralph Curry huwa impenjat bis-sħiħ lejn din il-kawża u jieħu ħsieb jorganizza l-attivitajiet fejn personalment iħarreġ lill-voluntiera li kull sena jidħlu għall-isfida taċ-ċikliżmu.