Fl-okkażjoni tal-għaxar anniversarju minn mindu Monsinjur Charles J. Scicluna ġie ordnat Arċisqof, ġiet iċċelebrata quddiesa f’wieħed mill-imħażen tal-Port Ħieles f’Birżebbuġa, fejn kellu wkolll-okkażjoni li jiltaqa’ mal-impjegati.
Il-quddiesa kienet offruta għal dawk li tilfu ħajjithom fuq il-post tax-xogħol. Wara l-quddiesa, l-Arċisqof iddawwar mal-Port Ħieles fejn kellu ċ-ċans jara l-faċilitajiet tal-kumpanija. Fi tmiem iż-żjara, l-Arċisqof bierek niċċa tal-Madonna tad-Duluri.
Barra minn hekk, l-Arċisqof iċċelebra l-anniversarju tiegħu wkoll b’quddiesa fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta. Għall-quddiesa attendew, fost l-oħrajn, il-President ta’ Malta, George Vella, flimkien ma’ martu, il-Prim Ministru Robert Robert Abela, il-Prim Imħallef Mark Chetcuti, membri tal-kleru u reliġjużi, il-familja tiegħu u membri tal-pubbliku.
Fl-omelija, l-Arċisqof Scicluna qal li jixtieq jirringrazzja ’l Alla talli fil-poplu li ġie msejjaħ jaqdi, il-Mulej tah okkażjonijiet ta’ faraġ, ta’ umiljazzjoni, ta’ għerf, u ta’ sabar. Hu talab lin-nies biex jitolbu għalih.