L-Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna ħabbar fuq twitter li qed jirkupra mill-intervent mediku biex tneħħietlu l-marrara; liema operazzjoni saritlu l-bierah fl-Isptar ta’ San Carlos de Apoquindo f’Santiago ċ-Ċili.
Intervent li kawża tiegħu Scicluna kellu jwaqqaf ħesrem il-missjoni fdata lilu mill-Papa Franġisku dwar allegat abbużi sesswali minn saċerdot fuq tfal.
Huwa irringrazzja lil dawk kollha li appoġġjawh u li qegħdin jitolbu għalih f’dan iż-żmien diffiċli.
A heartfelt “Thank you” to all those who have kindly expressed their support and generously offered their prayers as I continue in my recovery. God bless! (Photo with Maltese Missionary in Chile, Fr Henry Balzan, and with Bishop +Celestino of Copiapó) pic.twitter.com/lqD0NOCDRg
— Bishop CJ Scicluna (@BishopScicluna) February 22, 2018