L-Arċidjoċesi qed tilmenta dwar il-masterplan ta’ Paceville fejn qalet li l-pjan propost għal Paceville li skont il-Kummisjoni Interdjoċesana Ambjent qed tikkunsidra biss aspetti iżolati tas-sitwazzjoni li fiha sab ruħu dan il-lokal u li skont l-Arċidjoċesi is-sintomu huwa wieħed: nuqqas ta’sostenibilità f’kull żvilupp li sar.
“Għalhekk wieħed kien jistenna li l-Awtorità tal-Ippjanar u l-Gvern ikunu għaqlin biżżejjed li jidentifikaw sewwa l-għerq tal-problemi kollha, u jitgħallmu mill-passat biex ma jiġux ripetuti l-iżbalji li saru” qalet il-Kummissjoni Interdjoċesana.
Fi stqarrija, l-Arċidjoċesi kkritikat il-perspettiva integrata għall-proċess iżda qalet li ma tistax tifhem kif il-metodoloġija użata fit-tfassil ta’ dan il-pjan naqset milli tikkonsulta mar-residenti minkejja li l-masterplan kien miftuħ għall-konsultazzjoni pubblika u saru numru ta’ laqgħat, fosthom mar-residenti.
L-Arċidjoċesi temmen li l-pjan għandu jiġi rivedut, u jingħata widen għal dak li għandhom xi jgħidu l-membri ta’ din il-komunità, għax il-kwalità tal-ħajja tagħhom għandu jkollu prijorità assoluta.