Il-Gvern qal li ilu jsegwi l-proċeduri tal-arbitraġġ fil-każ internazzjonali kontra Steward Healthcare sa mill-bidu tagħhom f’Mejju li għadda, fejn ukoll qabbad avukati Amerikani, li jispeċjalizzaw fuq każi ta’ fallimenti u qed jipprovdu gwida esperta fil-proċess.
Fi stqarrija, il-Gvern semma kif jista’ jiġi kkonfermat li l-proċedimenti ta’ arbitraġġ quddiem il-Kamra Internazzjonali tal-Kummerċ, l-ICC, bħalissa jinsabu fi stadju avvanzat, bis-sottomissjonijiet bil-miktub mistennija jiġu konklużi fix-xhur li ġejjin.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Hu għalhekk li, minħabba dan kollu, irid jiġi enfasizzat li kwalunkwe kumment pubbliku ulterjuri dwar din il-kwistjoni jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-pożizzjoni tal-Gvern fl-arbitraġġ.