Il-Qorti fl-Arabja Sawdija kkundannat ħames persuni għall-mewt, wara li ġew akkużati bil-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi lura fit-2 ta’ Ottubru tal-2018. Khashoggi, li kien kritiku prominenti tal-Gvern tal-Arabja Sawdija, inqatel ġewwa l-konsulat tar-renju fil-belt Torka ta’ Istanbul, minn tim ta’ aġenti Sawdi.
Il-prosekutur pubbliku mil-Arabja Sawdija qal li dan kien ir-riżultat ta’ ‘operazzjoni diżonesta’, u poġġa 11-il persuna bla isem il-qorti.
Ir-Rapporteur speċjali Agnes Callamrd talab lill-Prinċep Tal-Kuruna Sawdija Mohammed Bin Salman biex jiġi investigat dwar dan il-qtil. Il-prinċep Bin Salman ċaħad l-ebda involviment, izda stqarr li ħa responsabbiltà sħiħa dwarr dab il-każ.
Ritratt: The Guardian