L-Arabja Sawdija sejħet l-akkużi li ordnat il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsolat ta’ Istanbul bħala gidbiet u allegazzjonijiet bla bażi.
Iċ-ċaħda tal-Ministru għall-Intern il-Prinċep Abdulaziz bin Saud bin Naif bin Abdulaziz ġiet ħdax-il jum wara li l-ġurnalist l-aħħar li deher dieħel fil-konsolat.BBC qalet li sorsi Torok allegaw li huwa nqatel minn tim ta’ aġenti Sawdi.
Sors Tork tas-sigurta qal lill-istess karma tal-aħbarijiet qal li uffiċjali għandhom evidenza awdjoviżiva li tipprova l-qtil.
L-Arabja Sawdija qalet li l-ġurnalist, kritiku tal-gvern, telaq mill-bini ftit wara li wasal fit-tnejn t’ Ottubru.