L-Arabja Sawdija mistennija tiftaħ il-bibien tagħha minħabba li ġew emendati l-liġijiet li permezz tagħhom se jkunu jistgħu jinħarġu 49 pajjiż.
Il-Ministru tat-Turiżmu Ahmad al-Khateeb iddeskriva dan il-mument storiku għall-Arabja Sawdija.
Dan il-pass ittiieħed sabiex il-pajjiż ma jibqax daqshekk dipendenti fuq l-industrija taż-żejt. Jidher li l-Arabja Sawdija għandha pjan li sal-2030 l-ekonomija tat-turiżmu tikber minn 3% sal-10% tal-Prodott Gross Domestiku.
Se jinbidlu wkoll il-liġijiet li ma jkunux daqshekk stretti rigward l-ilbies tal-viżitaturi nisa.
Il-Ministru għat-Turiżmu saħaq li l-pajjiż għandu ħafna x’joffri, fosthom il-ħames siti tal-UNESCO.
Ritratt: Getty Images