L-ex plejer tal-futbol Malti Carmel Busuttil (il-Bużu), se jkun wieħed mill-plejers mistiedna waqt il-logħba mistennija ta’ nhar il-Ħadd li ġej, bejn Valletta F.C. u Manchester Reds Legends XI.
Busuttil se jilgħab ma’ Manchester Reds Legends XI, li se jilgħabu kontra Valletta F.C. fil-Grawnd taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali nhar il-Ħadd 9 ta’ Settembru. Il-logħba tibda fis-6.30pm.
Carmel Busuttil skorja 213-il gowl matul il-karriera tiegħu, 23 minnhom ġew skurjati għat-Tim Nazzjonali Malti. Hu qatta erba’ snin bħala Kaptan fil-klabb tal-futbol Belġjan K.R.C. Genk, u ġie rikonoxxut bħala l-aqwa skorer tal-klabb għal tliet snin. F’Malta, Busuttil rebaħ 3 Premier Leagues, 2 Maltese Cups u 4 Maltese Super Cups bejn l-1984 u l-2000.
Il-plejers ta’ Manchester Reds Legends XI, li lagħbu għal Manchester United bejn l-1971 u l-2008, bejniethom rebħu diversi Premier Leagues, FA Cups u Champions Leagues.Jilgħabu għall-Valletta F.C. hemm stilel tal-futbol lokali ta’ qabel inklużi l-eks goalkeeper Reggie Cini, l-eks midfielder Nicky Saliba, u l-Assistent Maniġer preżenti ta’ Valletta F.C. Gilbert Agius, li skorja 117-il gowl għall-Valletta F.C. bejn l-1990 u l-2012.
Il-logħba qed issir bħala parti mis-sena tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura, bil-qliegħ kollu jmur lejn il-Krexx tas-Sorijiet Ursolini, Angela House fi Gwardamangia, li jaħdem ma’ tfal u familji Maltin fil-bżonn.
L-ex-plejers ta’ Manchester United li ġejjin f’Malta għal din il-logħba jinkludu lil Wes Brown, Raimond Van Der Gouw, Ronny Johnsen, Jonathan Greening, Lee Martin, Chris Casper, Andy Ritchie, Sammy Mcllroy, Keith Gillespie, Danny Webber, Ben Thornley, Arthur Albiston, Russell Beardsmore, Nick Culkin, u l-maniġer Jimmy Greenhoff. Dawn l-istilel tal-futbol internazzjonali ta’ qabel kienu kollha parti minn Manchester United f’xi punt bejn l-1971 u l-2008. L-attakkant ta’ Rabat Ajax Malcolm Licari se jingħaqad ukoll ma’ Manchester Reds Legends XI bħala plejer mistieden, flimkien ma’ Carmel Busuttil.
Jingħaqdu ma’ Reggie Cini, Nicky Saliba u Gilbert Agius għall-Valletta FC.. Sean Sullivan, Ray Mifsud, Joe Camilleri, Jeffrey Chetcuti, Stefan Giglio, Nardu Farrugia, Keith Fenech, Frankie Grima, Joe Zarb, Ivan Zammit, Carlos Dimech, Ray Sciberras, Ian Zammit, Jeremy Agius, Melchior Cremona, Chris Camilleri, Shaun Bajada, Joe Micallef u Eddie Vella. Bejniethom, dawn il-plejers rebħu bostaPremier Leagues u Maltese Cups.
Għal aktar informazzjoni żur valletta2018.org u ssegwi l-paġna ta’ Valletta 2018 fuq Facebook.