“Pajjiżna għandu fost l-aqwa ekonomija fl-Ewropa. Bis-saħħa tal-bidla mill-politika ta’ awsterità qabel l-2013 għall-politika ta’ investiment fl-aħħar 10 snin. Fost l-aqwa ekonomiji tfisser fost l-aqwa rati ta’ ħolqien tal-ġid u b’dak il-ġid biss nistgħu nkomplu nsaħħu lill-familji u n-negozji tagħna.”
Dan kien il-messaġġ ewlieni tal-Ministru Clayton Bartolo u l-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament, Steve Ellul waqt konferenza tal-aħbarijiet tal-Partit Laburista hekk kif aċċennaw għall-aħħar riżultati rekord fil-qasam turistika f’pajjiżna filwaqt li spjegaw fejn spjegaw kif dan l-istess settur huwa indispensabbli għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ ġid.
Il-Ministru Clayton Bartolo sostna kif dawn ir-riżultati nibtu minn tliet raġunijiet ewlenin.
Il-ħidma favur il-wasliet hekk kif waslu ‘l fuq minn 3 miljun turist fil-gżejjer Maltin matul l-2023, ħidma favur aktar iljieli mqattgħin f’Malta fl-istess sena li laħqu l-fuq minn għoxrin miljun u mitejn elf lejl u fl-aħħar il-ħidma favur in-nefqa turistika.
“In-nefqa tat-turisti f’pajjiżna fl-ekonomija s-sena li għaddiet laħqet it-tnejn punt seba’ biljun ewro. Żieda ta’ għoxrin fil-mija fin-nefqa turistika meta mqabbla ma dik tal-pandemija jiġifiri dik tal-elfejn u dsatax. Ras għal ras f’Malta it-turisti nefqu medja ta’ tmien mija u tmienja u disgħin ewro, jiġifiri qed ngħidu kważi disgħa mitt ewro kull persuna.”
Il-Ministru Clayton Bartolo
Min-naħa tiegħu, il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, Steve Ellul emfasizza kif dawn ir-riżultati jinbtu minn investiment kontinwu u fiduċja.
“Żewġ fatturi importanti ħafna li jikkaratterizzaw it-tmexxija ta’ Robert Abela, mhux biss fis-settur ta’ turiżmu imma fis-setturi kollha tal-ekonomija Maltija. Li temmen u tinvesti fil-ħaddiema u fin-negozji tagħna sabiex flimkien nattiraw mhux biss investiment imma investiment ta’ kwalità f’kull rokna tal-pajjiż.”
Il-kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Steve Ellul
Intant, il-Partit Laburista temm jgħid li Partit Laburista fil-Gvern se jibqa jagħżel it-triq progressiva li tgħin lin-nies. Li tinvesti fin-nies. Għax l-investiment iġib aktar investiment u l-fiduċja ġġib iżjed fiduċja.