Il-fatt li t-turiżmu f’Malta ma naqasx wisq mix-xhur tas-Sajf qed johloq sfida ġdida lit-tim tal-loġistika li qed iħejji l-pajjiżna għall-presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Matul il-presidenza se jkunu qed jintużaw il-lukandi kollha ta’ hames stilel kif ukoll xi lukandi t’erbgħa stilel, hekk kif l-ammont kbir ta delegati u ġurnalisti li se jkunu qed iżuru pajjiżna se jkollhom bżonn t’akomodazzjoni.
Xi ħaġa li kienet ta’ sfida għall-organizzaturi.
Fi kliem id-direttur eżekuttiv tal-Loġistika, Paul Mifsud:
“Nista’ ngħidlek li ma kienx faċli.. għaliex apparti naturalment in-numru kbir li qed insemmi jiena, wieħed irid jammetti wkoll li bħalissa l-lukandi għandhom ħafna u ħafna xogħol, allura meta qed inġibu dawn id-delegati se jkunu over and above dak li jkollhom issoltu.”
Wara li l-ajruport internazzjonali ta’ Malta ħabbar rekord ta tnejn u għoxrin fil-mija tkabbir fuq Novembru tas-sena l-oħra u l-ekonomija ta’ Malta kull ma jmur qed tibqa’ titjieb, din l-isfida mhi xejn ħlief sinjal ieħor tajjeb għal pajjiżna.