Din is-sena l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni se tiftaħ il-kategorija ta’ ‘L-Aqwa Kampanja fuq il-Midja Soċjali’ fi ħdan l-eBusiness Awards tal-2016 għall-votazzjoni tal-pubbliku għall-ewwel darba.
L-MCA spjegat li din hija kategorija li se tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-pubbliku u sservi wkoll biex tqis l-impatt li qed iħallu dawn il-kampanji. Għalhekk, se jkun il-pubbliku stess li jiddetermina r-rebbieħ b’50% tal-voti.
L-erba’ finalisti ta’ din il-kategorija huma:
- New York Best – żviluppata minn Anchovy
- GO @ L-Istrina – żviluppata minn BPC
- Kinnie (Simonds Farsons Cisk Ltd) – żviluppata minn BPC
- ICON – l-użu tas-Midja Soċjali mill-Konsumaturi f’Malta 2016
Il-pubbliku jista’ jipparteċipa u jesprimi l-preferenza tiegħu sa mhux iktar tard min-nofsinhar tas-6 ta’ Frar 2017. Il-votazzjoni hija miftuħa għal kulħadd u tista’ ssir onlajn billi wieħed iżur dan is-sit.