Il-box office internazzjonali ppubblika l-lista ta’ dawk li huma meqjusa bħala l-aqwa films tal-2016. Jispikka ukoll d-dħul li ġġeneraw dawn il-films li jaqbżu il-miljun dollaru.

Magħżul bħala l-aqwa film għal din is-sena kien Captain America: Civil War bi qliegħ ta’ ¢1,153,000.

Finding Dory ikklassifika fit-tieni post minkejja li l-għan tiegħu kien li jattira l-aktar it-tfal, bi qliegħ ta’ ¢1,028,000.

Zootopia kklassifika fit-tielet post bi qliegħ ta’ ¢1,024,000

Il-film The Jungle Book reġa’ rnexxielu jagħmilha mal-aqwa ħamsa, hekk kif meta ħarġet l-istorja oriġinali, din l-istorja kienet kisbet popolaritá liema bħalha. Dan il-film għamel qliegħ ta’ ¢967,000

Fil-ħames post ikklassifika l-film The Secret Life of Pets li bla dubju niżel għasel ma’ dawk li jħobbu l-annimali. Dan il-film għamel qliegħ ta’ ¢875,000
Għamluha ukoll mal-ewwel għaxra l-films:
- Batman v Superman: Dawn of Justice
- Deadpool
- Suicide Squad
- Fantastic beasts and where to find them
- Roque One: A star wars story