Il-bank APS kiseb riżultati pożittivi hekk kif irreġistra profitt qabel it-taxxa ta’ sittax-il miljun ewro u tmien mitt elf fuq livell ta’ grupp għal-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena.
Dan filwaqt li qagħda finanzjarja tal-bank kompliet tisaħħaħ hekk kif l-assi tal-grupp laħqu t-tlieta punt erba’ biljun ewro.
Il-bank ħabbar ukoll li l-bord tad-diretturi se jkun qiegħed jipproponi dividend ta’ żewġ miljun u mitt elf ewro li għad irid ikun approvat mil-lat regolamentari.
Il-Kap Eżekuttiv tal-bank, Marcel Cassar, stqarr li l-bank huwa kburi bir-riżultati miksuba, li huma l-aqwa li qatt kiseb għal sitt xhur, kemm għal bank innifsu iżda wkoll għal grupp inġenerali.
Dan filwaqt li nnota kif il-bank se jibqa’ kommess li jkompli jimmaniġġja l-interessi tiegħu skont l-interessi tal-klijienti tiegħu.