“L-hena tiegħu jkun man-nies u lest jgħin kull fejn jista’.”
Qalet dan f’kitba fuq il-midja soċjali, mart il-Prim Ministru Lydia Abela, f’għeluq l-erba’ snin wara li Dr Robert Abela nħatar bħala Mexxej tal-Partit Laburista.
Lydia Abela qalet li tul dawn l-erba’ snin baqgħet tara l-istess persuna f’Robert, li dejjem kienet taf.
Mart il-Prim Ministru Lydia Abela sostniet li “l-appoġġ tagħkom, l-enerġija tiegħu.”
Hija temmet dan il-messaġġ b’ringrazzjament lin-nies li huma l-ispirazzjonijiet tagħhom.