Jekk se tibda kors post-sekondarju jew terzjarju minn Settembru li ġej, l-applikazzjonijiet għall-istipendji huma miftuħin.Fl-ewwel jum kienu 900 dawk li diġa applikaw.
Infetħu l-applikazzjonijiet onlajn għall-għotjiet ta’ manteniment lill-istudenti li minn Settembru li ġej se jattendu korsijiet f’livell post-sekondarju u terzjarju.
Is-sena l-oħra kienu mad-19,000 student li applikaw, u din is-sena l-figura mistennija tkun ikbar hekk kif għall-ewwel darba se jingħata stipendju lill-istudenti li jidħlu bil-klawżola ta’ maturità.
Romina Cuschieri, Chairperson tal-iStudent Maintenance Grant Board, saħqet magħna li fl-ewwel jum ta’ reġistrazzjoni, kienu iktar minn disa’ mija l-studenti li applikaw.