Il-persuni li fl-Ewropa applikaw għall-ażil żdiedu fit-tieni kwart tas-sena, filwaqt li f’Malta naqsu biex ftit biex baqgħu fl-istess ilma. Dan it-tagħrif irriżulta minn statistika tal-eurostat li żvelat kif sitta minn kull għaxra li applikaw għall-ażil għamlu dan fil-Ġermanja.
F’Malta kienu 385 dawk li fittxew ażil. 165 kienu Libjani. Warajhom segwew is-Somali, b’60 applikazzjoni u s-Sirjani b’55 . Il-maġġoranza ta’ dawk li applikaw għall-ażil fl-Ewropa, 90,455, huma mis-Sirja, u warajhom segwew l-Afgani b’50,285.
Kien hemm 34,335 mill-Iraq li fittxew l-ażil fl-Ewropa.