L-Awtorità tal-Ippjanar irrifjutat applikazzjoni tal-iżiluppatur Joe Gaffarena, biex jirregola illegalitajiet b’rabta mal-petrol station li għandu f’Ħal Qormi.
F’Marzu 2014, l-Awtorità kienet tat permess biex J. Gaffarena Service Station tkompli topera, bil-patt li jitneħħew l-illegalitajiet fi żmien tliet snin. Iż-żmien għadda iżda jidher li ma sar ebda titjib.
Gaffarena kien ingħata permess jibni l-petrol station fl-2007.