L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) se tkun qiegħda tniedi għall-konsultazzjoni l-applikazzjoni għall-istallazjoni tal-impjat tal-gass f’Delimara.
Il-perjodu ta’ konsultazzjoni ta’ tletin jum huma parti mir-regolamenti, peress li l-istallazzjoni jaqa’ taħt il-proċess imsejjaħ Integrated Pollution Prevention and Control (IPPC), taħt ir-regolamenti dwar emmissjonijiet industrijali. Il-pubbliku se jkun jista’ jara u jikkummenta dwar l-applikazzjoni.
F’dan il-perjodu, l-ERA se tipprovdi aċċess għad-dokumenti relatati, fuq is-sit elettroninku tagħha, fl-uffiċji tal-ERA u fil-kunsilli lokal fejn hemm proposta l-applikazzjoni. Se jkun hemm sessoni pubblika lejn l-aħħar tal-perjodu ta’ konsultazzjoni. Fl-aħħar ta’ perjodu ta’ konsultazzjoni, bord tal-ERA se jieħu deċiżjoni, waqt laqgħa li se tinżamm fil-pubbliku.