Il-Bord tal-Awtorità tal-Ippjanar approva unanimament l-applikazzjoni dwar il-breakwaters ta’ Marsaxlokk.
Dan inqtal fi stqarrija maħruġa mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura, fejn kien spjegat kif fl-aħħar jiem ġiet sottomessa apllikazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u Sajd.
Dan sabiex ikunu jistgħu jiġu ffinanzjati parti mill-ispejjeż relatati ma’ dal-proġett, li qed jitmexxa mill-istess Ministeru permezz ta’ Transport Malta u d-Dipartiment tax-Xogħlijiet u l-Infrastruttura.
Il-proġett mistenni jieħu madwar sentejn minn meta jibdew ix-xogħlijiet, u fih hemm il-kollaborazzjoni tad-Dipartiment tas-Sajd.
L-intervent se jikkonsisti minn bini ta’ breakwater arm in-naħa tal-Ponta tal-Qrejten, b’tul ta’ madwar mija u għaxar metri, u tiswija u żieda fl-għoli tal-breakwater eżistenti n-naħa ta’ Delimara, b’tul ta’ madwar mija u ħamsin metru.