Il-bank diġitali Revolut huwa l-iktar resident ġdid f’pajjiżna, ħabbar il-Prim Ministru Joseph Muscat fuq Twitter.
Revolut, app għall-ħlas online, tnediet f’Lulju tal-2015 u bħalissa għandha iktar minn 2.5 miljun klijent madwar l-Ewropa, b’25,000 minnhom ikunu Maltin.F’kummenti ma’ one.com.mt, is-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri spjega li juża din l-app se jkun qed jibbenefika minn tnaqqis drastiku fit-tariffi tal-banek waqt il-ħlas.
“Din l-inizjattiva tingħaqad ma’ kullana ta’ inizjattivi oħra li jopera bit-teknoloġija tal-Blockchain, u li jkomplu jsaħħu r-reputazzjoni eċċellenti li għandu pajjiżna bħala l-gżira tal-Blockchain”.
Revolut se titnieda b’mod uffiċjali waqt id-DELTA Summit li se jsir f’pajjiżna bejn it-3 u l-5 ta’ Ottubru li ġej. Revolut qed timmira li tħajjar mas-60,000 Malti biex tibda’ tuża l-app sal-aħħar tas-sena.
Thank you, Prime Minister Muscat! Happy to be here! 🇲🇹
— Revolut (@RevolutApp) September 7, 2018
Welcome to #Malta @RevolutApp . Let’s continue strengthening the ecosystem of the #blockchainisland. Meet you all @Delta_Summit https://t.co/NEyf2p6aM2
— Silvio Schembri (@SilvioSchembri) September 7, 2018