Fid-dawl tas-sitwazzjoni preżenti f’pajjiżna u anke f’bosta pajjiżi madwar id-dinja, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità qed jagħtu l-parir u jħeġġu lill-anzjani u lil persuni vulnerabbli oħra sabiex ma joħorġux mid-djar tagħhom jekk mhux verament għall-bżonn.
Dan qed isir biss bħala mezz ta’ prevenzjoni u xejn aktar. Il-Gvern jibqa’ jappella għall-kalma u għar-responsabbiltà għaliex m’hemm ebda lok ta’ paniku u allarm f’pajjiżna.