“Intom mhux biss l-anzjani tal-preżent imma l-bażi li fuqkom inbniet is-soċjetà tagħna kif nafuha llum.”
Dan intqal mill-Prim Ministru, u Mexxej Laburista Robert Abela, waqt laqgħa mal-Veterani Laburisti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.
Waqt din il-laqgħa, Dr Abela, enfasizza kif il-kontribut tal-anzjani fil-komunitajiet qed iwassal għal popolazzjoni anzjana iżjed attiva li qed tikkontribwixxi għall-ekonomija tagħna.
Dr Abela, semma kif fi ħdax-il sena, l-ammont ta’ anzjani f’impjieg irdoppja, tant li llum għandna għoxrin elf anzjan fid-dinja tax-xogħol.
Il-Prim Ministru enfasizza kif il-kwalità tal-ħajja ma tispiċċax mal-mument li ssiru anzjani.
Hu temm jgħid kif Gvern Laburista qed jara u se jkompli jara li l-anzjani jgħixu bl-iktar mod komdu, dinjituż u fuq kollox f’komunitajiet Maltin li jgħożżuhom u li fihom isibu dak kollu li jkollhom bżonn.