Jimmy, anzjan ta’ 85 sena minn Puerto Rico li minkejja li martu ma tħobbx il-qtates mar kontra dak li qaltlu u xorta waħda rabba qattusa u l-frieħ li kellha twelled.
Dan kien il-messaġġ li tellgħet in-neputija ta’ dan l-anzjan fejn kitbet “Nannuwi minn dejjem kien iħoss li għandu jgħin lill-qtates ta’ barra u għalekk kien iħalli l-ikel tal-qtates fuq wara tad-dar, post fejn nanti ma kinitx tersaq,” qalet hekk in-neputija tiegħu Syl.
Hi kompliet billi qalet “iżda din il-qattusa partikolat kienet vera ħelwa u nannuwi ħa grazzja magħha u hi miegħu.” Iżda ġara li din il-qattusa kienet waslet biex twelled, u Jimmy kien jaf li martu żgur ma kinitx se taċċetta li jkollha għadd ta’ frieħ jiġru mad-dar. Minkejja li ma kellux l-approvazzjoni ta’ martu, Jimmy iddeċieda li xorta waħda kien se jgħin lil din il-qattusa, anke jekk dan kien ifisser li kellu jaħbi kollox minn martu.
Għalekk wara li l-qattusa weldet, Jimmy kellu jieħu ħsiebhom bil-moħbi fil-kamra ta’ wara d-dar u kellhom jgħaddu propju tliet ġimgħat qabel martu saret taf x’kien qed jiġri.
Iżda għalkemm kienet kontra li jrabbu qattusa, x’ħin rat lill-qtates qalbha saret ġunġliena u aċċettat li jżommuhom sakemm isibulhom dar li tixraqilhom.