L-anzjan ta’ 72 sena infettat bil-Coronavirus u li kien fuq ventilatur fit-taqsima tal-kura intensiva fl-isptar Mater Dei u anki f’qagħda kritika, issa ġie rilaxxat mill-isptar.
Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika bdiet il-konferenza tal-aħbarijiet propju b’din l-aħbar tajba.
Spjegat kif dan l-anzjan mar tajjeb ħafna fil-kura li rċieva u kien ilu sitt ġimgħat l-isptar u issa ntbagħat lura lejn daru.
“Hija aħbar tajba għaliex rajna anzjan li kellu bżonn l-assistenza medika u b’ħidma tajba f’Mater Dei min-nies li jaħdmu fil-qasam mediku, dan ir-raġel irnexxielu jgħaddi minn din il-battalja”, spjegat il-Professur Charmaine Gauci.
Qalet ukoll li f’kuntest li n-numru ta’ każijiet attivi issa huwa baxx ħafna allura l-każijiet ta’ persuni fiequ tbaxxa wkoll.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/05/12/tliet-kazijiet-godda-ta-coronavirus-fpajjizna/