Biki ta’ ferħ, emozzjoni u kuntentizza. Dawn huma tlett aġġettivi li jiddeskrivu r-resident li jgħixu fil-belt ta’ Manbij li tinsab fit-Trammuntana tas-Sirja wara li ġew liberati minn taħt il-militanti tal-Istat Iżlamiku.
Bosta residenti ħonqu t-toroq ta’ din il-belt jagħmlu l-affarijiet kollha li ma setgħux jagħmlu għal sentejn sħaħ – fosthom:
- Iqaxxru l-leħja
- Jpejpu s-sigaretti
Mara li bdiet tgħajjat u tibki bil-ferħ iddeskrivit din il-ġurnata bħala waħda mimlija ferħ: “Qas nista nemmen – qed inħossni qed noħlom.”
Residenti oħra rringrazzjaw lis-suldati li tawhom lura l-libertá: “Intom t-tfal tagħna, l-eroj u s-salvaturi tagħna”
Dan wara li numru ta’ ġellieda Kurdi, appoġjati mill-qawwiet Amerikani damu iżjed minn 70 jum jitqabbdu biex jidħlu f’Manbij, viċin il-fruntiera mat-Turkija.
Sadanittant is-sitwazzjoni fis-Sirja kompliet tikkumplika ruħha, bil-kunflitt mdemmi jdur bejn il-forzi tal-President Bashar al-Assad, ir-ribelli kontra l-Gvern u l-Istat Iżlamiku.