Tul dawn l-aħħar ħamsin sena l-annimali li jgħixu fis-selvaġġ naqsu b’madwar żewġ terzi. Dan ħareġ minn rapport tal-WWF li kkonkluda wkoll li dan it-tnaqqis fl-annimali mhux juri l-ebda sinjal li se jibda jonqos. Il-WWF qalet ukoll li dan it-tnaqqis ta’ 88% ġie rreġistrat f’popolazzjoni ta’ madwar 20,000 mammiferu, għasfur, rettili u amfibji.
Il-WWF saħqet li l-kontributur ewlieni għal dan it-tnaqqis masiċċ ta’ annimali mis-selvaġġ kienu l-umani fejn tul is-snin ħarqu foresti sħaħ, qerdu l-ambjent selvaġġ u qabdu żżejjed ħut mill-baħar.