Uġigħ ta’ ras għal min imexxi s-sistema teknoloġika tal-Android.
Dan wara li hu stmat li mal-għaxar miljun smart phone spiċċa infettat b’virus li ġeneralment jiddereġik lejn riklami bla bżonn.
Hu mifhum li min qed joħloq dawn ir-riklami qed jiġġenera mat-tlett mitt elf dollaru fix-xahar.
Sadanittant il-kumpanija Google li hija responsabbli mis-sistema Android tinsab f’ġirja kontra l-ħin biex tilqa’ għal dan l-aħħar intopp teknoloġiku.