Il-libsa li ingħatat l-isem ta’ Amsterdam Rainbow Dress, ġiet preżentata fl-2016 u sa anke ttieħdu ritratti spettakolari tagħha. Hija xogħol ħaj tal-arti, magħmula mill-bnadar nazzjonali kollha minn pajjiżi fejn li tkun LGBTIQ+ huwa illegali, fuq piena ta’ priġunerija, tortura jew piena kapitali.
Meta pajjiż jadotta leġiżlazzjoni inklużiva LGBTIQ+, il-bandiera rispettiva għandha tiġi sosttitwita b’bandiera bil-kuluri tal-qawsalla, dan kollu qalu wieħed mill-kreatur ta’ din il-libsa u l-fundatur tal-Amsterdam Rainbow Dress Foundation, Arnout Van Krimpen.
Il-fondazzjoni tiffoka fuq id-drittijiet umani tal-LGBTIQ+ u s-sitwazzjoni ta’ dawk li huma spostati minħabba l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru tagħhom.
Meta l-libsa bdiet tidher f’ritratti mll-isbaħ, dan kollu kien il-bidu ta’ fotografija artistika bil-libsa tidher f’bosta postijiet madwar id-dinja bil-parteċipazzjoni ta’ fotografi , mudelli u ħaddiema lokali.
Tkellmet ukoll is-Segretarju Parlamentari responsabbli mir-Riformi għall-Ugwaljanza, Rebecca Buttigieg fejn kompliet tgħid li din il-libsa mhi xejn ħlief triq lejn ugwaljanza universali u aċċettazzjoni, simbolu ta’ reżiljenza u snin ta’ attiviżmu.
Hi temmet tgħid li din il-libsa hija mezz għal futur inklużiv.