L-ammont ta’ każijiet tal-Coronavirus madwar id-dinja qabeż is-600,000 każ.
Fl-Ewropa l-imwiet kawża tal-Coronavirus qabżu l-20,000 każ.
Il-pajjiżi l-aktar affetwati huma l-Istati Uniti b’aktar minn 100,000 każ, l-Italja bi kważi 90,000 każ, iċ-Ċina b’aktar minn 80,000 każ, Spanja b’aktar minn sebgħin elf każ u l-Ġermanja b’aktar minn 50,000 każ.
Fi Spanja l-imwiet telgħu b’tmien mija tnejn u tletin każ f’24 siegħa bl-ammont ta mwiet issa jlaħħaq il-5,690.
Dan l-ammont immarka l-akbar żieda ta’ mwiet f’24 siegħa fi Spanja.
Filwaqt li fir-Renju Unit, elf u dsatax persuna tilfu ħajjithom. B’żieda ta’ 260 każ f’24 siegħa.
Fl-Italja l-ammont ta’ każijiet dejjem qed jiżdiedu. Fl-aħħar 24 siegħa, żdiedu bi 3,600 dawk infettati, filwaqt li ġew irrappurtati kważi 900 mewt.
Aqra wkoll:
https://www.one.com.mt/2020/03/28/fl-italja-illum-mietu-kwazi-900-minhabba-l-coronavirus/