F’sena waħda il-każi ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika rrapportati ilaħħqu l-eluf u ż-żewġ tipi ta’ vjolenza f’pajjiżna nsibuhom fl-istess livell.
Fil-fatt kien hemm elf tliet mija tlieta u ħamsin każ ta’ vjolenza psikoloġika u telf tliet mija sitta u tletin każ ta’ vjolenza fiżika.
Dan jirriżulta mir-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-Vjolenza Domestika, li minnu jirriżulta wkoll li kien hemm mitejn tmienja u erbgħin rapport vjolenza ekonomika, mitt każ u wieħed ta’ abbuż sesswali u disgħin każ ta’ abbandun.
Kif mistenni kienu n-nisa li marru jirrapportaw l-iktar każi ta’ vjolenza domestika għand il-pulizija.
Minn total ta’ 1,007 rapporti, 942 kienu nisa u 253 kienu rġiel.
Iċ-ċerpersin għall-Kummissjoni Kontra l-Vjolenza Domestika, Joe Gerada, argumenta li fost ir-raġunijiet għal numri b’saħħithom f’dawk li huma rapporti hemm ukoll il-fatt li llum ħafna iktar huma konxji li m’għandhoxm jaċċettaw aġir ta’ dan it-tip.
L-AMMONT TA’ KAŻIJIET JIBQGĦU GĦOLJIN.
ONE.COM.MT * Il-Kummisjoni Maltija kontra l-Vjolenza Domestika ippublikat ir-rapport annwali tagħha dwar dan il-fenominu. L-istatistika wriet kif l-ammont ta’ każijiet ta’ vjolenza fiżika u psikoloġika baqgħu għoljin fl-2016 Permezz ta’ għajnuna ta’ diversi entitiajiet volontarji il-Kummisjoni setgħat tilħaq aktar nies u tiprovdi għajnuna aktar holistika fuq skala Nazzjonali.