Aktar kmieni dalgħodu, l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista sebħet il-monti ta’ Birkirkara biex tkompli tiltaqa’ mar-residenti u l-ħaddiema, b’dawn tal-aħħar jirrikonoxxu l-benefiċċji u l-miżuri li wettaq il-gvern Laburista biex isaħħaħ il-ħaddiema.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista, Randolph Debattista saħaq li l-fiduċja ewlenija tan-nies fil-Partit Laburista ġejja mill-fatt li jafu li dak li nwiegħdu nwettquh.
“In-nies ikellmuk dwar l-andament tal-ħajja tagħhom, u entużjasti wkoll biex jaraw iċ-ċentru tas-saħħa li se jiftaħ fil-ġimgħat li ġejjin, hawnhekk f’Birkirkara, biex allura jaqdi lir-residenti kemm ta’ Birkirkara kif ukoll tal-madwar.”
Il-Membru Parlamentari Katya DeGiovanni appellat sabiex, fl-Ewwel ta’ Mejju, kulħadd jilqa’ l-istedina tal-Partit Laburista u jingħaqad fil-Belt Valletta.
“L-Ewwel ta’ Mejju huwa importanti ħafna, li nkomplu nsostnu il-politika tagħna bħala Partit Laburista fil-Gvern, biex dejjem aħna jkollna l-ħaddiem fiċ-ċentru tagħna.”