F’laqgħa bejn l-amministrazzjoni tal-Partit Laburista u l-Kamra tan-Negozji ż-Żgħar u l-Medji ġie sostnut kif l-għajnuna tal-Gvern fil-ħlas tal-pagi minħabba l-effetti tal-imxija kienet imbuttatura ewlenija.
Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit tal-Partit Laburista, Daniel Micallef flimkien mal-Ammistrazzjoni tal-Partit Laburista ddiskuta sehem in-negozji anki tul il-pandemija.
Il-President tal-Kamra tan-Negozji ż-Żghar u Medji Paul Abela semma kif l-għajnuna tal-Gvern ingħatat bi professjonalità kbira.
Abela stqarr,“Bqajna nimmoniterjawh il-membri tagħna through il-Malta Enterprise wkoll, għax il-Malta Enterprise kellha f’idejha l-inizzjativi, għaddew minn taħt il-Malta Enterprise, inħadmet professjonalita kbira.”
Il-Kap Eżekuttiv tal-Kamra tan-Negozji ż-Żghar u Medji Abigail Mamo fisser kif fl-aħħar ġimgħat, wara l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ disa’ mitt miljun ewro li injetta l-Gvern fl-ekonomija Maltija, reġgħet bdiet iddur ir-rota ekonomika.
Min-naħa tiegħu, id-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista Daniel Micallef semma kif il-Partit Laburista għaddej bi proċess sabiex jisma’ lid-diversi entitajiet fis-soċjetà Maltija.
Aċċenna li l-Partit Laburista, li qed jiċċelebra l-mitt senam it-twaqqif tiegħu dejjem ħares lejn il-bilanċ bejn l-ekonomija u s-saħħa.
“Aħna nħarsu lejn dawn iż-żewġ elementi li jikkumplimentaw lil xulxin, l-ebda waħda ma tista tintrometti lill-oħra għal ġid tal-familji Maltin u Għawdxin, għal ġid ta’ saħħitna, għal ġid tal-ekonomija tagħna – l-ekonomija li tfisser xogħol, ix-xogħol li jfisser il-kwalita tal-ħajja tan-negozji u tal-familji Maltin u Għawdxin.” Temm jgħid Micallef.