L-Erbgħa waranofshinar l-Amministrazzjoni tal-Partit Laburista ltaqgħet mal-General Workers Union, b’parti minn sensiela ta’ laqgħat li l-Amministrazzjoni bi tmexxija ġdida qed tagħmel ma’ diversi imsieħba.
F’kumment id-Deputat Mexxej għall-affarijiet tal-Partit, tal-Partit Laburista Daniel Micallef qal li fost l-oħrajn flimkien mar-rappreżentanti tal-General Worker union tkellmu fuq żewġ proposit mressqa minn Ewroparlamentari Laburisti.
Micallef stqarr, “Kellna diskussjoni tajba ħafna anke fuq numru ta’ punti li bħala PL u bħala GWU għandhom allenati bħal prinċipji fejn irridu naslu u sfodi ġodda li hawn soċjalment ukoll fl-industrija tax-xogħol. Il-pandemija wriet realtajiet ġodda u anke opportunitajiet li nqalgħu fis-settur tax-xogħol u b’mod speċifiku kemm fuq xogħol remot u anke r-right to disconnect.”
Min-naħa tiegħu s-Segretarju Ġenerali tal-General Workers Union, Josef Bugeja faħħar il-ħidma li Partit Laburista qed jagħmel f’diversi setturi.
Bugeja qal kif il-pandemija wrietna għexieren ta’ ħaddiema jista’ jkollhom il-possibilità sabiex jaħdmu mid-dar stess.