Il-Viċi President Amerikan Mike Pence assigura lill-pajjiżi alleati tan-NATO li l-amministrazzjoni tal-President Donald Trump se tappoġġja lin-NATO.
Huwa qal dan lill-mexxejja Ewropej waqt il-konferenza tas-sigurtà fi Munich.
Fl-ewwel indirizz tal-politika internazzjonali tal-amiministrazzjoni tal-President Trump fil-Ġermanja, Pence qal li l-Amerka se taħdem mal-Ewropa filwaqt li qal li l-pajjiżi ewropej qegħdin ifallu milli jagħmlu s-sehem ġust tagħhom fuq id-difiża.
Il-viċi-president enfasizzat li apparti mill-Istati Uniti, kienu biss erba’ pajjiżi tan-NATO li laqgħu l-impenn tal-2014 li jonfqu tnejn fil-mija tal-prodott gross domestiku fuq id-difiża u enfasizza li wasal iż-żmien biex jagħmlu aktar.