L-amministrazzjoni tal-President Amerikan il-ġdid Joe Biden, ser tkun qed tirrevedi l-ftehim li Trump għamel mat-Taliban.
Dan sabiex tiżgura li l-grupp militari fl-Afghanistan qiegħed iżomm mal-patt ta’ paċi maqbul. Dan billi jnaqqas il-vjolenza u jinfatam għalkollox mit-terroristi.
Fil-fatt, il-Konsulent ta’ Biden dwar is-sigurtà, Jake Sullivan, diġà tkellem ma’ uffiċjali tal-Afghanistan sabiex jikkonferma li ser ikunu qed jirrevedu dan il-ftehim.
Il-preżenza tat-truppi Amerikani fl-Afghanistan tmur lura għal 2001 meta bdew l-isforzi sabiex jitneħħa t-Taliban mill-poter wara l-Attakk ta’ 9/11.
Madankollu maż-żmien il-grupp reġa’ kiber u sal-2018 reġa’ sar attiv f’iktar minn żewġ terzi tal-Afghanistan.
Il-ftehim li kien iffirmat fi Frar tas-sena l-oħra jgħid li l-Istati Uniti u l-alleanzi tan-NATO ser joħorġu s-suldati tagħhom mill-Afghanistan fi żmien 14-il xahar jekk it-Taliban iżommu mal-ftehim, billi fost l-oħrajn ma jħallux lil al-Qaeda jew militanti oħra joperaw f’postijiet ikkontrollati mit-Taliban.