L-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Kanada qalu li se jibagħtu iżjed armi lejn l-Ukrajna.
Dan hekk kif l-armata Russa bdiet tattakka l-Punent tal-Ukrajna.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Il-President Amerikan Joe Biden mistenni jħabbar għajnuna militari lejn l-Ukrajna, b’din mistennija tkun ta’ madwar tmien mitt miljun dollaru.
Il-membri parlamentari Ingliżi qalu li l-gwerra fl-Ukrajna hija kunflitt bl-armi u li hemmhekk hemm bżonn ta’ aktar għajnuna.